Jum tassew speċjali għal 12 il-pesuna li temmew b’suċċess il-programm ta’ riabilitazzjoni tal-Caritas kontra l-abbuż tad-droga.
Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni, li oriġinarjmament kienet skedata għas-26 ta’ Ġunju li għadda, ħadet xejra differenti għal kollox minn dik tas-soltu fejn normalment ikun hemm mas-600 pesuna preżenti, iżda li din is-sena, minħabba l-pandemija, saret fuq skala ferm iżgħar, u kienet iċċelebrata ‘l barra mill-komunità ta’ San Blas.
Din il-ġurnata, għal dawn il-persuni tfisser it-tmiem ta’ vjaġġ, iżda wkoll il-bidu ta’ vjaġġ ieħor, kif spjega Anthony Gatt, direttur ta’ Caritas Malta.
“BIEX PERSUNA TKUN WASLET GĦAL GRADWAZZJONJI TKUN GĦAMLET VJAĠĠ TA’ MIN TAL-ANQAS SENA U NOFS. VJAĠĠ TA’ ĦAFNA TBATIJA. ĦAFNA SFIDI. PERO ANKE MUMENTI TA’ FERĦ U JUM IL-GRADWAZZJONI HIJA L QOFOL TA’ DAK IL-FERĦ. PERO FL-ISTESS ĦIN DAN MA JFISSIRX LI L-PERSUNA TRID TIEQAF TAĦDEM. ANZI ĦAFNA RESIDENTI JGĦIDULNA LI MAL-GRADWAZZJONI JIBDA’ L-PROGRAMM TA’ VERU. IL-PROGRAMM TAL-ĦAJJA U JIBDEW UKOLL L-ISFIDI LI JKUN HEMM HEMM BARRA“
Id-Direttur tal-Caritas ħeġġeġ lill-gradawti l-ġodda biex jibqgħu bil-kuntatt permezz ta’ Dar Charles Miceli; fejn hemm se jsibu dak li jkollhom bżonn meta jiltaqgħu mal-isfidi li toffri s-soċjetà.
Il-Kordinatur tas-servizzi terapewtiċi Joshua Aquilina minn naħa tiegħu qal li jum bħal dan ifisser il-qofol tax-xogħol tal-Caritas, u jum ta’ ferħ kbir.
“HIJA ĠURNATA LI AĦNA FIHA NIFIRĦU BIL-KBIR MAGĦHOM U NIFIRĦU GĦAS-SUĊĊESS TAGĦHOM U L-INTEGRAZZJONI TAGĦHOM LURA FIS-SOĊJETÀ”
Il-gradwati kienu 11-il raġel u mara, fosthom żewġ persuni mill-Prison Inmates Programme.
//= $special ?>