Lokali

AĠĠORNATA: L-immigranti waslu matul il-lejl abbord il-P61

Iddaħħlu Malta matul il-lejl il-71 immigrant li kienu salvati mill-AFM. Huma tniżżlu fix-xatt tal-Isla wara l-ħidma li saret mill-armata, permezz tal-patrol boat P61.

Net News jista’ jikkonferma li fil-grupp kien hemm nisa u rġiel, li l-identita’ tagħhom għadha trid tiġi stabbilita.

Dan il-grupp ta’ immigranti mhuwiex l-unika wieħed li ġie salvat fil-Mediterran, hekk kif il-kriżi tal-immigrazzjoni qed tkompli teskala b’aktar vjaġġi klandestini lejn l-Ewropa.

Matul Lulju, kawżi f’kull ġimgħa, rajna wasliet ta’ immigranti f’pajjiżna.

Mill-bidu tas-sena ‘l hawn daħlu Malta ‘il fuq minn 1,900 immigrant.