Lokali

COVID-19: Il-Litwanja tagħlaq il-bibien għal Malta

Jekk għall-Prim Ministru Robert Abela l-aħħar jiem li esperjenzaw il-Gżejjer Maltin kienu normali… għal-Litwanja mhux.

Wara li fl-aħħar għaxart ijiem -il każi pożittivi f’Malta żiedu għal 188, b’dawk attivi issa jilħqu l-199 każ – il-Ministeru għas-Saħħa Litwen ħabbar li mhux ser ikun qed jippermetti aktar li l-Maltin jidħlu f’pajjiżu u għaldaqstant l-ajruporti fil-Litwanja għaċ-ċittadini li ġejjin minn Malta huma magħluqa.

Madanakollu ġie spjegat li jekk ikun il-każ li residenti mil-Litwanja, persuni b’permessi spejċli jew inkella barranin li jmorru fuq xogħol u ma jistgħux jagħmlu mod ieħor li jaslu fil-Litwanja minn pajjiżna – għandhom iqattgħu 14-il jum taħt kwarantina. Iżda insista li l-ebda persuna li ġejja minn Malta ma tista żżur lill-pajjiż bħala vaganza.

Dan kollu wara li Malta tpoġġiet f’lista mal-Lussemburgu, Spanja u l-Belġju – pajjiżi li bħall-Gżejjer Maltin kellhom żieda qawwija f’dak li għandhom x’jaqsam każijiet ġodda fl-aħħar 14-il jum.