Sport Sport Ieħor

Il-bidu tat-Tour de France fid-Danimarka pospost għall-2022

(Ritratt: EPA)

Il-bidu tat-Tour de France fid-Danimarka ġie pospost għas-sena 2022. Il-famuża tellieqa fit-triq kienet mistennija tibda fil-kapitali Daniża fl-2021 iżda wara li l-Euro 2020 u l-Olimpjadi ġew posposti minħabba l-coronavirus, ittieħdet id-deċiżjoni li t-tellieqa tkun posposta biex jevitaw li l-avvenimenti jaħbtu flimkien f’Copenhagen.

Is-Sindku tal-kapitali Daniża Frank Jensen saħaq il-kuntentizza li rnexxielhom jassiguraw stadju tat-Tour de France fil-bidu tal-edizzjoni tal-2022. “Ħafna minnha kienu qed iħarsu b’ottimiżmu li jkollna t-Tour de France fid-Danimarka s-sena d-dieħla imma sfortunatament se jkollna nistennew naqra aktar.

Fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla, kien hemm skedati tliet stadji fid-Danimarka. Dawn kienu jinvolvu time-trial ta’ 13-il kilometru flimkien ma’ żewġ tlielaq fit-triq qabel l-edizzjoni tkompli fi Franza.