Edukazzjoni Lokali

Il-Junior College iniedi l-Prospectus għas-sena akkademika 2020/21

Ftit inqas minn xahrejn oħra, il-G.F. Abela Junior College, tal-Università ta’ Malta, ser ikun qiegħed jilqa’ studenti ġodda.

It-Tnejn filgħodu – il-Junior College ippublika l-Prospectur għas-sena akkademika d-dieħla, b’mod online. Fil-Prospectus, wieħed isib informazzjoni dwar l-għażla ta’ suġġetti, il-programmi ta’ studju u attivitajiet ko-kurrikulari disponibbli.

Din is-sena, il-Kulleġġ qed jiċċelebra il-25 anniversarju tiegħu. Il-Kulleġġ ikompli joffri esperjenza unika ta’ tagħlim permezz tal-programmi edukattivi tiegħu sabiex joffri l-opportunità lil kull student/a biex ikompli l-edukazzjoni tiegħu/tagħha.

Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit tal-Kulleġġ.