Sport Sport Ieħor

Il-parteċipazzjoni ta’ Zverev fl-Open tal-Istati Uniti f’dubju

(Ritratt: EPA)

In-numru sebgħa tad-dinja Alexander Zverev qal li għadu mhux ċert jekk hux se jmur New York biex jikkompeti fl-Open tal-Istati Uniti fost tħassib minħabba l-pandemija tal-Covid-19. In-numru wieħed tan-nisa Ashleigh Barty u l-Awstraljan Nick Kyrgios qalu li se jaqbżu dan il-Grand Slam li se jintlagħab mingħajr spettaturi u se jibda fil-31 ta’ Awwissu.

Zverev li wasal sas-semifinali ta’ Grand Slam għall-ewwel darba fil-karriera fl-Open tal-Awstralja din is-sena. “Irrid nara għaliex is-sitwazzjoni ta’ bħalissa fl-Istati Uniti mhix sabiħa u għalhekk ma nafx x’se niddeċiedi mat-tim tiegħu. Irrid nilgħab it-tournaments imma naħseb li fl-Istati Uniti s-sitwazzjoni hi ftit instabbli,” qal Zverev.

Il-Ġermaniż kien ikkritikat wara filmat tiegħu jiżfen f’post ta’ divertiment lejn tmiem Ġunju. Wara dan il-filmat kien qal li se jkun qiegħed f’iżolament minħabba li lagħab fl-Adria Tour ta’ Novak Djokovic, l-istess tournament li numru ta’ plejers nstabu pożittivi għall-coronavirus.