Kważi sentejn mit-tiġrif tal-Ponte Morandi, il-pont prinċipali f’Genova, li seħħ fl-14 t’Awwissu tal-2018, illejla infetaħ il-pont il-ġdid imsejjaħ San Giorgio.
Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-pont, li għaliha attenda wkoll il-President tar-Repubblika Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte, inqraw l-ismijiet kollha tal-vittmi u nżammu tliet minuti silenzju.
Filwaqt li l-pont infetaħ uffiċjalment għall-pubbliku, il-karozzi se jkunu jistgħu jibdew jagħmlu użu minnu minn għada.
Fl-istraġi ta’ sentejn ilu kienu tilfu ħajjithom 43 persuna.
//= $special ?>