Lokali

L-Eżekuttiv tal-PN jitlaqqa’ għada biex jiddeċiedi l-proċess tal-elezzjoni għal Kap

L-Eżekuttiv tal-PN se jkun qed jitlaqqa’ għada filgħaxija biex tiġi deċiża l-organizazzjoni tal-elezzjoni tal-Kap tal-Partit, kif iddeċieda l-Kunsill Ġenerali, fil-votazzjoni tal-1 ta’ Awwissu.

Net News hu infurmat li l-Eżekuttiv se jiddeċiedi ż-żmien, il-proċeduri u miżuri għal din l-elezzjoni tat-tesserati, kif stabiliti mill-istatut tal-PN.

Din il-laqgħa qed tissejjaħ fuq sejħa tal-President tal-Kunsill Ġenerali wara li l-istess President tal-Kunsill Ġenerali Ċensu Galea rċieva talba għal dan il-għan miċ-chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Peter Fenech.