Edukazzjoni Lokali

L-iskejjel jistgħu jiftħu wara Jannar

Ġenituri, studenti u għalliema integħu f’limbu ġdid hekk kif aktar kmieni llum, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ppubblika s-sillabi għas-sena skolastika li jmiss u skont dawn id-dokumenti, il-Ministeru qed jikkunsidra li l-iskejjel jiftħu fit-tieni term.

Fil-fatt l-istess dokumenti jsemmi tliet xenarji, b’waħda minnhom tkun din li l-iskejjel ma jiftħux għall-ewwel term.

Iż-żewġ xenarji l-oħra huma li jiftħu b’mod regolari fit-30 ta’ Settembru jew inkella li jiftħu fl-istess ġurnata iżda b’osservanza tal-miżuri tad-distanzi soċjali.

Din tal-aħħar hija indikazzjoni li l-iskejjel jistgħu jiftħu b’tali mod li l-klassijiiet ikollhom jinqasmu f’żewġ gruppi jew aktar u kull grupp jattendi fi ġranet differenti biex l-istudenti ma jkunux kollha flimkien fil-klassi.

Dak li tħabbar mill-Ministeru tal-Edukazzjoni tefa’ lill-ġentiri, lill-istudenti u lill-għalliema f’limbu, b’dawn tal-aħħar issa huma mistennija jippreparaw xogħol għat tliet xenarji kompletament differenti. Dan għaliex il-Ministru Owen Bonnici ma kienx kapaċi jieħu deċiżjoni sabiex jistabbilizza s-sens ta’ inċertezza li tezisti f’dan il-qasam.

Ħafna kienu ilhom jistaqsu lil Owen Bonnici xi pjan hemm għas-sena skolastika li ġejja, hekk kif il-pandemija issa ilha magħna ħames xhur. Madankollu, jidher ċar li l-Ministru ma rnexxielux iħejji pjan sod, biex issa tefa’ lil dawk kollha involuti f’aktar inċertezza u għabba lill-għalliema b’ħafna xogħol li jew f’xenarju jew f’ieħor se jispiċċa jkun xogħol għalxejn.