Sport Sport Ieħor

Marquez mistenni jitlef il-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka

(Ritratt; EPA)

Is-sitt darbiet champion tad-dinja Marc Marquez mistenni jitlef it-tielet Grand Prix tal-istaġun f’Brno wara li ġie żvelat li għamel it-tieni operazzjoni fi spalltu l-leminija. Marquez kien sfurzat jitlef il-Grand Prix ta’ Andalusija wara kiser spalltu f’ħabta kerha lejn tmiem l-ewwel Grand Prix tal-istaġun fiċ-ċirkwit ta’ Jerez.

Fit-tieni tellieqa, hu ħa sehem fis-sessjoni ta’ prattika u għamel 28 dawra, ftit jiem biss wara l-operazzjoni. Madankollu hu rtira minħabba li ma kienx qed iħossu komdu. Wara rijabilitazzjoni intensiva, ġie żvelat li l-pjanċa tal-metall li daħħlu fi spalltu, inkisret minħabba stress. Marquez diġà jinsab 50 punt wara Fabio Quartararo li rebaħ l-ewwel żewġ tlielaq tal-istaġun.