Edukazzjoni Lokali

Owen Bonnici m’għandux soluzzjoni għall-istudenti vulnerabbli

Wara li aktar kmieni llum il-Ministru tal-Edukazzjoni ħabbar li l-iskola tista’ tifaħ fit-30 ta’ Settembru b’mod normali, jew jistgħu ma jiftħux qabel Jannar, fuq Facebook wera’ biċ-ċar li f’dan kollu, ma ħasibx għal studenti vulnerabbli.

Omm ta’ student vulnerabbli li esprimiet it-tħassib tagħha dwar binha li huwa vulnerabbli, baqgħet bla sodisfazzjon u bla serħan il-moħħ meta staqsiet x’se jagħmlu l-ġenituri ta’ tfal li jistgħu ikunu pperikolati bil-virus.

Dan hekk kif il-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni ma kellux tweġiba aħjar minn “ħu parir mediku”.

Mijiet ta’ studenti vulnerabbli se jkunu qed jidħlu fl-iskejjel tagħna hekk kif jiftħu l-bibien tagħhom. Iżda l-ġenituri m’għandhom l-ebda serħan il-moħħ mill-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni ta’ wliedhom.