Lokali

‘Peter’ jaqbad €16,500 fi flus mhux dikjarati


Il-kelb tad-Dwana bl-isem Peter irnexxielu jaqbad aktar minn 16,500 ewro flus mhux iddikjarati waqt screening ta’ rutina fuq passiġġieri li jitilqu minn Malta.

Din il-ħidma kienet kordinata mit-Tim tad-Dipartiment tad-Dwana Kontra l-Ħasil ​​tal-Flus u l-Unità K9 tad-Dipartiment.

Kien propju Peter, il-klieb tad-Dwana, li ta indikazzjoni fuq passiġġier partikolari li kien se jitlaq lejn Istanbul, u meta mistoqsi kemm kellu flus fuqu il-passiġġier wieġeb €5,000.

Meta skoprew li kellu aktar minn €16,000, il-passiġġier qabel ma’ ftehim barra mill-Qorti u ġie mmultat skont il-liġi.