Lokali

Abela jammetti li “soluzzjoni m’hemmx”

Il-Prim Ministru Robert Abela għal darb’oħra ħarab mill-ġurnalisti indipendenti u mar fil-kumdità tal-media tieghu biex iwieġeb mistoqsijiet preparati minn qabel…fost l-oħrajn huwa ammetta li għall-kriżi tal-immigrazzjoni “m’hemmx soluzzjoni”

Meta Abela gie mistoqsi dwar id-dgħajjes privati li kienu nżammu fuqhom l-immigranti, il-Prim Ministru stqarr li dak kien biss eżerċizzju…għalkemm ma qalx li dan l-eżerċizzju sewa lil pajjiżna 3,000 ewro kuljum.

Dwar il-Coronavirus, il-preżentatur u Abela ma qablux bejniethom, bil-Prim Ministru jwaħħal fl-immigranti għaż-żieda qawwija fil-każi ta’ Coronavirus fl-aħħar jiem.

Punt li gibed kritika kbira, partikolarment mill-assocjazzjoni tat-tobba.

Robert Abela stqarr li m’għandux diffikultà jħassar avvenimenti tal-massa … għalkemm s’issa dan għadu m’għamlux. Minflok, tefa’ r-responsabbiltà kollha fuq l-organizzaturi, filwaqt li qal li skont hu, m’hemmx każi ta’ persuni li huma morda b’mod serju.

Fl-istess intervista, Abela tkellem ukoll dwar il-maskri…kumment illi jasal mill-istess persuna li ilna ġimgħat narawh jattendi attivitajiet u jsiefer mingħajr maskra.