Futbol Sport

Brandon Williams iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester United

(Ritratt: EPA)

Manchester United ġeddew il-kuntratt taż-żgħażugħ Brandon Williams sas-sena 2024 b’għażla li jġeddulu l-kuntratt tiegħu b’sena oħra. Williams isseħeb mal-akkademja ta’ United fl-età ta’ seba’ snin u lagħab 33 darba għat-tim ta’ Old Trafford.

Williams qal li dan huwa mument ieħor li jagħmlu kburi fil-karriera tiegħu u qal li din kienet il-ħolma tiegħu minn meta kien żgħir. Il-kowċ ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer qal li Williams kellu staġun mill-aqwa ma’ Manchester United u jinsab kuntent ferm li William ikkometta ma’ United.