Futbol Sport

Didier Drogba għall-President tal-Federazzjoni tal-Fubtol tal-Kosta tal-Ivorju?

L-ex attakkant ta’ Chelsea, Didier Drogba, ippreżenta ufficjalment il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni ta’ President fi ħdan il-Federazzjoni tal-Football tal-Kosta tal-Avorju. Eluf ta’ partitarji kienu fit-toroq ewlenin u quddiem il-kwartieri ġenerali tal-federazzjoni fejn Drogba mar personalment jipprezenta l-kandidatura tiegħu.

L-elezzjonijiet għandhom isiru fil-5 ta’ Settembru. Didier Drogba huwa fost erba’ kandidati li qed jikkontestaw għal din il-kariga flimkien ma’ Idriss Diallo, Sory Diabate u Koffi Kouakou Paul. Dawn kollha jgħaddu minn proċess ta’ skrutinju qabel ma jiġu żvelati l-kandidati finali.

Wara li ppreżenta l-kandidatura Drogba ndirizza lill-eluf li marru jgħatuh merħba fejn qal li : “Il-futbol huwa l-isport ta’ kulħadd u il-futbol jgħaqqad lin-nies . Dan wieħed jista’ jarah mill-ammont ta’ nies miġbura quddiem il-kwartieri ġenerali tal-federazzjoni Ivorjana tal-futbol, “

Drogba li għandu 42 sena fl-2015 mexxa lit-tim Nazzjonali tal-Kosta tal-Avorju fir-rebħ tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani u matul il-karriera mat-tim Nazzjonali skorja 56 gowl f’105 partiti.