Futbol Sport

Iker Casillas jirtira mill-futbol

(Ritratt: EPA)

L-ex gowlkiper ta’ Real Madrid u ta’ Spanja Iker Casillas irtira mill-futbol fl-età ta’ 39 sena. Casillas lagħab 725 partita għal Real Madrid f’ karriera ta’ 16-il sena fil-Bernabeu, fejn rebaħ edizzjonijiet taċ-Champions League u ħames darbiet La Liga.

Huwa għen ukoll lil Spanja jirbħu t-Tazza tad-Dinja 2010 u żewġ Kampjonati Ewropej konsekuttivi fl-2008 u l-2012. Casillas ingħaqad ma’ Porto fl-2015 iżda ma lagħabx minn meta sofra attakk tal-qalb waqt it-taħriġ f’April 2019. Matul dan il-periodu ingħata rwol fuq l-istaff tal-coach tal-klabb f’Lulju 2019.

Casillas ħabbar l-irtirar tiegħu permezz tal-media socjali. Real Madrid ikkummentaw li Casillas, li ngħaqad mal-ġganti Spanjoli fl-età ta’ disa’ snin, kien l-aqwa gowlkiper fl-istorja tal-klabb ta ’118-il sena. Huma wrew l-apprezzament, l-ammirazzjoni u l-imħabba għal waħda mill-ikbar leġġendi tal-klabb u l-futbol dinji.