Futbol Sport

Il-futbol Ġermaniż lest li jilqgħa lura l-partitarji fl-istadiums

Il-futbol Ġermaniż lest li jilqgħa lura l-partitarji fl-istadiums la darba jibda l-futbol fil-Ġermanja. Dan ħareġ wara laqgħa bejn il-klabbs tal-ewwel u t-tieni diviżjoni fil-Ġermanja fejn qalu li jekk l-awtoritajiet jaċċettaw huma lest li jilqgħu lura lill-partitarji fl-istadiums tagħhom.

Ic-CEO tal-German Football League, Christian Seifert qal li d-deċiżjoni dwar meta jirritornaw lura l-partitarji tiddependi biss mill-politiċi Ġermaniżi. Lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Lulju fi Franza bdew jirritornaw l-partitarji fl-istadiums Franċiżi fejn attendew għaż-żewġ finali tat-tazzi Franċiżi. L-istaġun il-ġdid tal-Bundesliga mistenni jibda fit-18 ta’ Settembru li ġej.