Formula 1 Sport

Il-Grand Prix ta’ Imola se jsir fuq jumejn

Il-Grand Prix li se jsir f’Imola fl-Emilja Romagna fl-Italja fil-bidu ta’ Novembru li ġej se jsir fuq jumejn, bis-sessjoni tal-ġimgħa tiġi kkanċellata u minflok se jkun hemm sessjoni waħda biss ta’ prattika s-Sibt filgħodu.

Din se tkun l-ewwel tellieqa fiċ-ċirkwit ta’ Imola wara nuqqas ta’ 14 –il sena u se tkun it-tielet tellieqa li se ssir fl-Italja flimkien ma’ dawk ta’ Monza u Mugello. Il-Grand Prix ta’ Imola kien miżjud wara li numra ta’ Grand Prix kienu kkanċellati minħabba l-pandemija tal-coronavirus.