Lokali Qorti

Il-Kamra tal-Avukati tħabbar il-ħatra ta’ Kunsill Ġdid

Dr Louis de Gabriele mill-ġdid President tal-Kamra

Il-Kunsill il-ġdid tal-Kamra tal-Avukati li għadu kemm inħatar, iltaqa’ għall-ewwel darba fejn matulu, il-Kummissarju Elettorali Dr Philip Manduca, ippreżenta r-rapport tiegħu bid-dettalji tar-riżultati tal-elezzjoni li saret il-ġimgħa li għaddiet.

Fi stqarrija huma qalu li Dr Manduca stieden lill-Kunsill sabiex jinnomina membru sabiex dan jokkupa l-kariga ta’ President tal-Kamra għat-terminu li jmiss. Dr Louis de Gabriele kien nominat u approvat b’mod unanimu għal dan ir-rwol u se jkun qed iservi għal tlett snin, sal-2023.

Il-President il-ġdid kompla billi ppropona membri għal rwolijiet speċifiċi fi ħdan l-istess Kunsill li wara li kienu diskussi, kienu wkoll approvati b’mod unanimu. 

Il-membri tal-Kunsill il-ġdid għalhekk se jkunu qed jokkupaw ir-rwoli kif imiss:-

Dr Louis de Gabriele – President

Dr Stephen Tonna Lowell – Viċi President

Dr Stefan Camilleri – Segretarju Ġenerali

Dr Peter Fenech – Uffiċjal Finanzjarju

Dr Anna Mifsud Bonnici – Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Esterni

Dr Karl Briffa – Uffiċjal dwar l-Etika

Dr Matthew Brincat – Uffiċjal għall-Akkademija / Edukazzjoni

Dr Jesmond Manicaro – Chairman tal-Kumitat ta’ l-Awditjar

Dr Edward Gatt – Membru

Dr Timothy Bartolo – Membru

Il-President Louis de Gabriele laqa’ l-mod kif il-Kunsill il-ġdid huwa kompost, għaliex jikkonsisti f’taħlita ta’ membri differenti, uħud li diġa kienu fuq il-Kunsill u oħrajn li telgħu għall-ewwel darba. Dan mhux biss għandu jwassal għal kontinwità iżda wkoll ideat ġodda sabiex ikunu diskussi fil-Kunsill.