Coronavirus Lokali Saħħa

Il-każi pożittivi jkomplu jiżdiedu… 16-il każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa

5 każi sporadiċi

Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu… hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienu rappurtati 16-il każ ġdid ta’ COVID-19.

Fit-22 ġimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna, s’issa diġà kienu rrapportati 66 każ.

Mill-16-il każ pożittivi li tħabbru llum, 5 każi jiffumaw parti mill-cluster abbinat mal-marċ ta’ Santa Venera, 2 persuni relatati ma’ cluster ta’ Paceville u 5 relatati ma’ persuni li kienu rriżultaw pożittivi. Il-bqija tal-każi huma kollha sporadiċi, jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu dan il-virus.

B’hekk issa n-numru ta’ każi attivi tela’ għal 215 bit-total ta’ każi jitla’ għal 890. Minn dawn fiequ 666 persuna u sfortunatament tilfu ħajjithom 9 persuni.