Sport Sport Ieħor

Il-Yachting Malta Windsurfing mistenni jkebbes mill-ġdid entużjażmu lejn l-ammiraturi ta’ dan l-isport

(Ritratt: Pavel Images - Malta)

Yachting Malta ħabbret l-appoġġ tagħha lejn il-Festival tal-Windsurfing li se jkun qiegħed isir bejn it-8 u d-9 ta’ Awwissu u li se jkun ospitat mill-Malta Young Sailors Club. L-avveniment se jkun mifrux fuq jumejn u huwa mistenni li jipprovdi azzjoni interessanti fuq l-ilma bit-tlielaq kollha se jsiru fiż-żon magħrufa bħala ta-Xama fil-bajja ta’ San Pawl.

Din l-attività ser tkun miftuħa għall-windsurfers ta’ kull livell u l-klassijiet li se jaraw lill-kompetituri jieħdu sehem fihom huma l-klassi Windsurfer LT u Slalom u Beginners . Iċ-Chairman ta’ Yachting Malta, John Huber qal li l-windsurf f’pajjiżna ra interess mill-ġdid u qiegħed jerġa jikber fil-popolarità. Dan il-festival se jkun qiegħed jattira nies ta’ kull eta u livelli differenti ta’ esperjenza.

L-iskeda tal-avvenimenti tibda bil-parata tal-windsurf nhar is-Sibt fil-11.00 am filwaqt li t-tlielaq isiru bejn is-1.00pm u s-6.00pm. Il-kompetizzjoni tkompli nhar il-Ħadd bi tlielaq isiru bejn 12.00pm u l-16.00pm. L-organizzaturi se jkunu qed jadottaw numru ta’ protokolli li se jkunu qed josserva r-regolamenti maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa.