Fl-aħħar 6 ijiem, kienet in-norma għal bosta familji Maltin u Għawdxin li jesperjaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku fir-residenzi, bl-Enemalta, permezz tal-Kap Eżekuttiv, Jason Vella, tgħid li d-dawl inqata’ 28 darba minħabba fi ħsarat fid-distribuzzjoni tal-elettriku, b’5 minnhom attivi s’issa:
“Kellna b’kollox madwar 28 ħsara li kienu mferxin ma’ Malta u Għawdex kollha, naturalment huma ta’ daqsijiet u naturi differenti. (…) Naf li kien hemm problemi partikolari fiż-żona ta’ Birkirkara, Naxxar u Ħal Għargħur u anki fin-naħa tal-Gudja, Ħal Għaxaq u ż-Żejtun. Dawn huma ftit eżempju u allura jista’ jkun li kien hemm iżjed.”
Il-ħsarat jistgħu jammonta għall-flejjes kbar, bl-Enemalta tattribwixxi l-kawżi tal-ħsarat għaż-żieda fit-temperaturi għal dawk sħan, għad-distribuzzjoni antika tal-elettriku kif ukoll għall-bidla fl-użu tal-elettriku minn dawk f’żoni turistiċi għal-żoni residenzjali minħabba l-Coronavirus.
Iżda l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista b’rabta mal-powerstation il-ġdida kienet li jkun hemm sigurtà fil-provista tal-elettriku.. iżda jidher li din il-wegħda ma nżammitx
“Meta nqata’ l-interconnector, ġie ppruvat li pajjiżna għandu sigurtà fil-provvista, is-sigurtà fil-provvista għall-ġenerazzjoni tal-elettriku.”
Filwaqt li mhuwiex il-każ li esperjenzajna sigurtà fil-provvista meta nqata’ l-interconnector hekk kif il-poplu Malti esperjenza bosta drabi l-qtugħ fil-provvista fi żmien il-Milied, id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Enerġija, Michael Farrugia, tikkonferma li l-wegħda Laburista ta’ sigurtà tal-provvista bil-powerstation il-ġdida ma kinitx tgħodd għad-distribuzzjoni tal-elettriku.
Dwar il-ħsarat li ġarrbu bosta familji fl-appliances tad-dar minħabba varjazzjoni fil-vultaġġ kif ukoll il-qtugħ fil-provista, l-Enemalta qalet li mhux kull ħsara hija kawża tal-qtugħ fid-distribuzzjoni u appellat lin-nies sabiex jikkuntattjaw lill-Customer Care tal-korporazzjoni sabiex jikklejmjaw l-ħsarat.
Il-ħsarat kienet tant severa li f’xi ċirkustanzi, l-Enemalta kienet kostretta tuża xi generators biex tipprovdi d-dawl u minħabba f’hekk, id-dawl kellu jinqata’ sakemm is-sistema taqleb fuq il-generators u lura fuq id-distribuzzjoni tal-elettriku.
//= $special ?>