Coronavirus Lokali Saħħa

“Jista jkun li dan hu ‘the tip of the iceberg'”- Tanya Melillo, Konsulent tas-Saħħa Pubblika

“L-affarijiet huma inkwetanti u  jista’ jkun li dan hu ‘the tip of the iceberg‘”.

Hekk iddeskriviet is-sitwazzjoni tal-pandemija f’Malta it-Tabiba Tanya Melillo, Konsulent fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, f’intervista esklussiva ma’ netnews.com.mt.

“L-AFFARIJIET HUMA INKWETANTI… HIJA OVVJA LI HEMM TRAŻMISSJONI FIL-KOMUNITÀ. NAĦSBU LI HEMM IŻJED KAŻIJIET. ŻGUR MHUX QED NAQBDUHOM KOLLHA. PROBABBLI DIN HIJA ‘THE TIP OF THE ICEBERG‘”.

Hi saħqet li n-numru ta’ każi reġa’ żdied bil-kbir għax il-pubbliku beda jillaxka u ma baqax jilbes il-maskri u jżomm id-distanzi soċjali, l-aktar f’attivitajiet tal-massa.

“DAWN L-AFFARIJET QED JIĠRU FEJN HEMM ĦAFNA NIES IROSSU MA’ XULXIN, MA JŻOMMUX ID-DISTANZI U MA JILBSUX IL-MASKRI“.

Staqsejna lil Tanya Melillo jekk bħala esperti kienux qed jistennew din it-tieni mewġa daqstant kmieni.

“LE LANQAS XEJN. AĦNA STENNEJNA LI SE JKOLLNA FTIT ĠIMGĦAT FIS-SAJF FEJN SE JKOLLNA KAŻ WIEĦED JEW TNEJN. LE MA STENNEJNIJHIEX DAQSEKK MALAJR

Hi qalet li issa l-R-Factor qabeż il-wieħed sew. u issa qed tqarreb it-2.

F’intervista li tatna qabel ma tkellem Robert Abela fuq l-istazzjon tal-Labour – fejn qal li n-numri żdiedu primarjament minħabba l-immigranti – il-Konsulent tas-Saħħa Pubblika qalet ċar u tond li l-problema mhux ġejja mill-immigranti, iżda hi problema ta’ trażmissjoni lokali.

“MHUX BIEX IN-NIES JGĦIDU LI L-IMMIGRANTI QED IĠIBU IL-MARDA. MHUX VERA. GĦANDHOM IL-MARDA VERA, IMMA DAWN QED IKUNU MILL-EWWEL FI KWARANTINA U SAKEMM INKUNU ĊERTI LI HUMA FIEQU, MHUX JITĦALLTU MA’ XULXIN

Peress li minn mindu nqatgħu il-bulettini mediċi tal-Professur Charmaine Gauci mhux qed jingħataw dettalji dwar il-qagħda medika tal-persuni infettati, staqsejna lit-Tabiba jekk hemmx persuni rikoverati l-Isptar bil-virus, bit-tweġiba tkun li hemm persuni rikoverati kemm Mater Dei, kif ukoll fl-Isptar Boffa u St Thomas, għalkemm ħadd ma jinsab f’qagħda kritika.

Tanya Melillo temmet l-intervista tagħha ma’ netnews.com.mt b’appell.

“HUWA APPEAL LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ U LILL-ĠENITURI TAGĦHOM. JISTGĦU JIEĦDU GOST IMMA JRIDU JOQGĦODU ATTENTI FEJN IMORRU. U LILL-ANZJANI IBQGĦU ILBSU L-MASKRA JEW IL-VISOR. ŻOMMU D-DISTANZA GĦAL ĠID TAGĦKOM. IL-MIŻURI RRIDU INŻOMMUHOM ISSA IKTAR MINN QATT QABEL“.