Coronavirus Lokali Turiżmu

L-Irlanda tqis lil Malta bħala pajjiż ‘mhux sigur’ minħabba l-COVID-19

Skont aġenzija tal-aħbarijiet fl-Irlanda, Malta se titneħħa mil-“lista l-ħadra” ta’ pajjiżi meqjusa siguri għall-ivvjaġġar fl-Irlanda.

The Irish Independent irrapportat li n-numri riċenti ta’ każi f’pajjiżna qajjmu tħassib serju fl-Irlanda u issa, persuni li jivjaġġaw minn Malta jew li jkunu żaru pajjiżna, jridu jiżolaw ruħhom għal ġimgħatejn meta jirritornaw fl-Irlanda.

Fl-aħħar jiem Malta ġiet ukoll inkluża fil-lista s-sewda tal-Litwanja u għalhekk ebda persuna li tgħix f’Malta jew f’Gġawdex mhu se titħalla tidħol f’dan il-pajjiż. Dan kollu qed jasal minħabba żieda li qed titqies minn ħafna bħala allarmanti. Iċ-ċittadini Litwani li jirritornaw lura minn Malta jridu jiviżolaw ruħhom għal 14-il jum.