Sport Sport Ieħor

L-Open ta’ Madrid ikkanċellat minħabba l-coronavirus

L-Open ta’ Madrid li kellu jsir bejn it-12 u l-20 ta’ Settemrbu ġie kkanċellat minħabba l-pandemija tal-coronavirus bl-organizzaturi jgħidu li qed jagħmlu dan b’sens ta’ responsabbilità.

It-turnament li kien se jospità kemm logħob tan-nisa kif ukoll tal-irġiel kien qiegħed jittieħed b’importanza minħabba li kien se jkun ta’ tħejjija kompetittiva għall-Open ta’ Franza li mistenni jibda fis-27 ta’ Ottubru.

Spanja kienet wieħed mill-pajjiżi Ewropej l-aktar li ġew milquta mill-pandemija tal-coronavirus fejn s’issa ġew irreġistrat 315,000 każ u 28,400 mewt. Fi tmiem il-ġimgħa numru ta’ tennisti rtiraw mill-Grand Slam tal-Istati Uniti minħabba l-biża tal-istess pandemija.