Futbol Sport

Manchester City jakkwistaw lil Ferran Torres

(Ritratt: EPA)

Manchester City ħabbru l-akkwist ta’ Ferran Torres mingħand Valencia għal €23 miljun. Il-winger ta’ 20 sena mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin mat-tim ta’ Pep Guardiola.

Fl-ewwel kummenti li ta lill-midja internazzjonali, Torres qal li jinsab kuntent ferm li se jkun qiegħed jissieħeb lil Manchester City minħabba l-mod offensive li bih jilgħabu. Fl-istaġun li għadda Torres skorja sitt darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha għal Valencia kif ukoll kellu tmien assists.