Lokali Qorti

Mixlija b’serq fosthom fil-konfront ta’ anzjana

Mara ta’ 33 sena ġiet mixlija li kkommettiet diversi serqiet, fosthom serqa minn dar ta’ anzjana.  Allegatament ix-xahar li għadda Tiziana Attard minn Ħal-Tarxien serqet mara ta ’77 sena f’Raħal Ġdid. Attard tressqet quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, akkużata li serqet numru ta’ oġġetti u li kellha wkoll x’taqsam ma’ oġġetti misruqa.

Is-serq allegatament seħħ fl-14 ta’ Lulju li għadda, b’Attard kien mixlija li kkommettiet serq aggravat ta’ oġġetti elettroniċi, konsols tal-logħob, apparat tal-awdjo u oġġetti oħra minn Raħal Ġdid.

L-akkużi jinkludu serq aggravati bil-mezzi u l-valur tal-oġġetti misruqa. Hija ġiet akkużata wkoll li serqet ħandbag, liema akkuża kienet aggravat biż-żmien, kif ukoll li kkawżat ħsara volontarja fuq karozza.

Waħda mill-vittmi ta ’Attard kienet mara ta’ 77 sena, qal l-Ispettur tal-Pulizija Paul Camilleri fil-Qorti. L-avukat ta’ Attard, Victor Scerri talab lill-Maġistrat biex tħallih jersaq lejn is-sedja, iżda t-talba tiegħu ġiet irrifjutata. “Jiena nagħmel kollox f’Qorti miftuħa,” qalet il-Maġistrat Frendo Dimech.

 L-akkużata, li qalet lill-Qorti li kienet impjegata tfi ‘snack bar’, wieġbet li ma kinitx ħatja tal-akkużi. Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, u rrimarkat li l-mara ma kinitx taf il-vittma tagħha, iżda l-Ispettur Camilleri informa lill-Qorti li kien għad hemm diversi xhieda li għadhom jixhdu, inkluż il-mara anzjana.

Il-Qorti, fid-dawl tan-natura serja tar-reati u l-fatt li kien hemm xhieda li għadhom iridu jixhdu, ċaħdet l-ħelsien mill-arrest tal-mara.