Ambjent Lokali

Numru ta’ ilmenti dwar il-ġbir tal-iskart tal-ħġieġ

Il-kumpanija WasteServ irċeviet numru ta’ ilmenti dwar il-ġbir tal-iskart tal-ħġieġ. Il-ġbir tal-ħġieġ huwa amminsitrati minn żewġ skemi privati li għandhom ir-responsabbilta li jiġbru l-ħġieġ.

Ta’ min wieħed jinnota li fi stqarrija l-Wasterserve qalet li mhux se taċċetta li jkunu mħallta l-ħġieġ ma’ skart ieħor bħall-plastik, kartun u kwalunkwe skart ieħor.

Ir-riċiklaġġ tal-ħġieġ imħallat ma’ materjali oħra huwa limitat ħafna u dan jaffettwa l-għan tal-iskema kollha u jġib fix-xejn l-isforzi tal-familji biex jisseparaw l-iskart.

Għalhekk biex tipprepara għal dan it-titjib, bħala parti mill-kampanja Sort it Out, WasteServ diġà qassmet diversi bins lil kull dar biex tgħin fi prattiċi ta’ separazzjoni tal-iskart. 

Fl-istqarrija WasteServ qalet li se tibqa’ għaddejja bid-determinazzjoni tagħha lejn ċaqliqa għal ekonomija iktar ċirkolari fejn l-iskart jidher bħala riżorsa.