Esperti fin-negozju u minn numru ta’ oqsma differenti flimkien ma’ akkademiċi minn madwar Malta u Għawdex, talbu lill-Gvern biex inaqqas il-VAT relatat mal-ospitalità, t-turiżmu, l-importazzjoni u l-bejgħ ta’ diversi prodotti. Dan filwaqt li appellaw biex il-wage supplement tinżamm u titjieb sa ma jisab vaċċin għall-COVID-19.
Il-Malta Chamber llum ippreżentat ir-rapport preliminari ta’ Think Tank u li kienet qed taħdem fuqu għal dawn l-aħħar xhur. Huma qed jimpenjaw ruħhom biex ikomplu jistudjaw u jipproponu xenarji għal futur sostenibbli, reżiljenti u kompetittiv għal Malta.
Fil-quċċata tal-lista tat-talbiet li saru lill-Gvern kienet is-sejħa għal Viżjoni Ekonomika ċara fejn kienu spjegati azzjonijiet li jistgħu jagħmlu s-setturi tal-ekonomija aktar sostenibbli u reżiljenti.
Ir-rapport enfasizza wkoll l-importanza assoluta ta’ Governanza Tajba. Filfatt, fattur msemmi mis-setturi kollha li ħadu sehem fit-Think Tank huwa li r-reputazzjoni ta’ Malta hija ferm importanti biex jiġi attirat u sostnut investiment barrani.
Is-sostenibbiltà baqat suġġett ewlieni li ssemma’ fis-setturi kollha. Sar enfasi fuq l-importanza li nibdew naħsbu aktar fit-tul u mhux kif qed jiġri bħalissa f’pajjiżna.
Waqt preżentazzjoni li saret dalgħodu, il-Kamra tal-Kummerċ preżentat serje sħiħa ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull settur involut fejn ġew ukoll ippreżentati proposti ta’ livell għoli li l-Gvern qed ikun mħeġġeġ li jaddotta.
//= $special ?>