Sport Sport Ieħor

Rafael Nadal mhux se jieħu sehem fl-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Is-seed numru tnejn fid-dinja Rafael Nadal għażel li ma jipparteċipax fl-edizzjoni tal-Open tal-Istati Uniti minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Nadal huwa r-rebbieħ renjanti ta’ dan il-Grand Slam u ddeċieda li ma jipparteċipax wara ż-żieda fin-numru tal-każijiet attivi tal-coronavirus fl-aħħar jiem. Aktar kmieni x-xahar li għadda numru ta’ tennisti ħabbru li ma kienux preparati li jieħdu r-riskju fuq ħajjithom biex jieħdu sehem fl-Open tal-Istati Uniti li mistenni jsir bejn l-31 ta’ Awwissu u t-13 ta’ Settembru.