Lokali

Stqarrija mill-Kap tal-PN Adrian Delia

Waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret illejla, il-Kap tal-PN Adrian Delia għamel talba lill-Kummissjoni Elettorali biex ikun żgurat li l-Artiklu 90(b) tal-istatut il-ġdid li kien approvat fil-25 ta’ Ġunju li għadda, jitħaddem bl-iktar mod rigoruż għall-elezzjoni ta’ Kap tal-partit. 

“Insistejt li mhux biss għandhom jiġu infurzati dawn ir-regoli dwar il-proċess tal-verifiki u due diligence iżda insistejt li dan l-eżerċizzju jsir bl-iktar mod rigoruż possibbli fuq kull min juri interess li jikkontesta fl-elezzjoni għal Kap tal-partit, inkluż fuqi nnifsi.”

Adrian Delia sostna, “inħoss li fl-interess tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll fl-interess tal-proċess innifsu li dan il-proċess tad-due diligence jsir bl-ikbar reqqa li wieħed jistenna li jsir proċess bħal dan. Kien għalhekk li matul il-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv sħaqt fuq din id-direzzjoni.”