Lokali

27 immigrant ieħor fi triqithom lejn Malta

Aktar immigranti fi triqithom lejn pajjiżna..dan ġie kkonfermat permezz ta’ tweet mill-organizzazjoni Alarm Phone.

L-istess organizzazjoni stqarret li t-tanker ta’ Maersk għabba 27 immigrant u jinsab fi triqtu lejn pajjiżna.

Jidher li dawn l-immigranti ilhom aktar minn 34 siegħa iffittxu l-għajnuna.

F’pajjiżna fl-ewwel 7 xhur tas-sena ddaħħlu aktar minn 1,900 immigrant.. sadanittant il-Prim Ministru ta’ Malta stqarr li m’hemm l-ebda soluzzjoni għal dan.