Coronavirus Futbol Sport

Arsenal mistennija jkeċċu 55 persuna li jaħdmu mal-klabb

(Ritratt: EPA)

Arsenal qed jipproponu li jkeċċu 55 persuna biex inaqqsu mill-piż finanzjarju li l-klabb għandu u li bl-effett li ħalliet il-pandemija żdied. Fi stqarrija ffirmata mill-Head of Football Raul Sanllehi u mill-Managing Director Vinai Venkatesham qalu li waħda mir-raġunijiet li se jsiru dawn it-tkeċċijiet hi biex il-klabb ikun jista’ jinvesti fit-tim.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-għan tal-klabb dejjem kien li jipproteġi l-impjiegi tal-ħaddiema tiegħu bil-klabb jasal għal din id-deċiżjoni wara numru ta’ xhur. Fil-bidu tal-pandemija l-ħaddiema kollha tal-klabb minn Londra kif ukoll l-plejers u l-istaff tekniku kellhom tnaqqis fil-pagi tagħhom biex il-klabb ikun jista’ jkampa bl-ispejjeż finanzjarji fosthom, biex jitħallas id-dejn tal-grawnd.