Lokali

Ċiklist iweġġa’ wara ħabta ma’ karozza

Ċiklist żagħżugħ ta’ 16-il sena sofra ġrieħi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret Ħal Għaxaq.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.20p.m. meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn ir-rota misjuqa mill-vittma u karozza tat-tip Fiat Punto misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Marsaxlokk.

Iż-żagħżugħ ittieħed minn tim mediku lejn l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ikkummenta