Coronavirus Futbol Sport

Il-UEFA bi protokoll għar-ritorn tal-kompetizzjonijiet Ewropej

(Ritratt: uefa.com)

Hekk kif bejn illum u tmiem il-ġimgħa jitkomplew il-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League wara li ġew posposti minħabba l-pandemija tal-coronavirus, il-UEFA ħabbret protokoll li jrid jiġi segwit matul dawn il-partiti. Dan il-protokoll se jkun qiegħed japplika wkoll għal-logħbiet internazzjonali se jkun qed jintlagħbu aktar tard matul din is-sena.

Fost ir-regoli f’dan il-protokoll hemm:

  • li fil-partiti li se jkun qed isiru wara bibien magħluqa, plejers, staff tal-klabb, referees, ġurnalisti u staff ieħor tal-grawnd biss se jitħallew li jidħlu
  • l-ammont ta’ nies li se jitħallew jidħlu fl-istadiums se jkun jiddependi minn kemm hu kbir l-istadium.
  • l-istadium se jkun maqsum f’4 żoni.
  • minimu  ta’ żewġ metri distanza trid tiġi osservata fl-istadiums.
  • il-plejers u l-membri tal-istaff se jkun qed jiġu ttestjati sa massimu tliet ijiem qabel ma jsiefru jekk ikollhom partita barra minn darhom filwaqt li t-tim ikun home irid isirlu test sa jumejn qabel.