Sport Sport Ieħor

Jitnaqqas il-premju tal-US Open

(Ritratt: EPA)

L-Assoċjazzjoni tat-Tennis tal-Istati Uniti ħabrret li r-rebbieħ fit-turnament tal-irġiel tal-Open tal-Istati Uniti se jkun qiegħed jirċievi $850,000 inqas mill-premju oriġinali.

Ir-raġuni prinċipali wara dan huma li l-avveniment se jsir mingħajr partitarji u b’hekk ser jonqos id-dħul kif ukoll li numru ta’ tennisti ħadu d-deċiżjoni li ma jipparteċipawx. Ir-runner-up se jkun qiegħed jirċievi $1.5 miljuni bis-semifinalisti u dawk li jaslu sal-kwartifinali wkoll se jaraw tnaqqis fil-premju.

L-Open tal-Istati Uniti mistenni jibda fil-31 ta’ Awwissu li ġej u fl-aħħar ġimgħat qamet kontroversja minħabba li numru ta’ tennisti rinomati bħal Rafael Nadal u Ash Barty iddeċiedew li ma jipparteċipawx minħabba l-pandemija tal-coronavirus.