Futbol Sport

Kwalifikazzjoni wkoll għal Inter u Man Utd

(Ritratt: EPA)

Fil-Veltins Arena, Inter għelbu lil Getafe 2-0, biex kwalifikaw għal mal-aħħar tmienja. Din il-partita ntlagħbet fuq leg wieħed minħabba li l-ewwel leg ġie kkanċellat minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Kien ROMELU LUKAKU li wara li rċieva pass mit-tul ta’ Bastoni avvanza u xeħet wara Soria għal 1-0. Getafe ingħataw penalty fl-74 minuta meta Diego Godin deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Minn ħdax –il metru Jorge Mollina naqas milli jinkwadra l-lasta u xeħet barra. Inter baqgħu joħolqu l-azzjonijiet u l-gowl ta’ kwalifikazzjoni wasal fit-83 minuta meta f’kontra attakk veloċi kien ERIKSEN li kkonkluda mill-viċin.

Manchester United ukoll kwalifikaw għar-rawnd li jmiss meta għelbu lil LASK 2-1wara li fl-ewwel leg barra minn darhom kienu rebħulhom 5-1. Kienu LASK li fetħu l-iskor fit-tieni taqsima b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ PHILIPP WIESINGER. It-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer ġab id-draw fis-57 minuta permezz ta’ JESSE LINGARD. ANTHONY MARTIAL fit-88 minuta għamilhom 2-1 meta ġie waħdu mal-gowlkiper fejn ma’ żbaljax.

UEFA Europa League

Illum: Copenhagen v I. Basaksehir 3-0 (3-1 agg.), S. Donetsk v Wolfsburg 3-0 (5-1 agg.), Inter v Getafe 2-0, Man Utd v LASK 2-1 (7-1 agg.), Għada: B. L’kusen v Rangers 6.55pm (3-1 agg.), Sevilla v Roma 6.55pm, Basel v E. Frankfurt 9.00pm (3-0 agg.), Wolves v Olympiacos 9.00pm (1-1 agg.)

Ikkummenta