Coronavirus Lokali Saħħa

L-ebda ftehim mal-Gvern… it-tobba se jmexxu bid-direttivi

L-Assoċjazzjoni tat-tobba kmieni dalgħodu ħarġet id-direttivi lill-membri tagħha hekk kif jidher li d-diskussjonijiet mal-Gvern fallew.

Fl-isfond taż-żieda drastika fin-numru ta’ każi ta’ Covid-19 f’Malta, it-Tobba qed jisħqu li mhux isir biżżejjed minn naħa tal-Gvern biex tkun imrażżna l-firxa tal-virus u biex ikunu ssalvagwardati l-frontliners f’din il-ġlieda. B’hekk issa l-Assoċjazzjoni tat-Tobba (MAM) qed tagħti għadd ta’ direttivi li se jidħlu fis-seħħ minn għada l-Ħamis.

Fost dawn id-direttivi, l-appuntamenti kollha fl-outpatients se jiġu posposti għal minn tal-anqas ġimgħa, operazzjonijiet u appuntament għal ultrasound mhux urġenti  ukoll se jiġu posposti, u l-bereġ se jibqgħu magħluqin għal ġimgħa.

Tobba tal-Emerġenza, ta’ Sir Anthony Mamo, ta’ l-istparijiet Mount Carmel u Karen Grech, tas-Swabbing Centres u tal-Ostetrija mhux se jkunu mitluba jimxu ma’ dawn id-direttivi.