Coronavirus Sport Sport Ieħor

“L-olimpjadi se jsiru xorta waħda anke bil-coronavirus” Toshirō Mutō, President tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi ta’ Tokjo, Toshirō Mutō qal li l-olimpjadi se jsiru xorta waħda anke jekk il-pandemija tal-coronavirus tkun għadha magħna. Numru ta’ esperti fil-qasam tas-saħħa qed ibassru li sas-sena d-dieħla l-virus ikun għadu magħna, bl-olimpjadi li kellhom isiru dan is-sajf ġew ikkanċellati għas-sena d-dieħla.

Mutō qal li peress li l-virus se jibqa’ magħna rridu xorta waħda nitgħallmu ngħixu bil-virus. Minkejja li ż-żieda fir-rata tat-tixrid hija għolja u dan qiegħed iħalli effett fuq l-ekonomiji madwar id-dinja, Mutō ikkonferma li l-olimpjadi mhux se jkollhom effett fuq il-prezzijiet fil-Ġappun.

Id-deċiżjoni li jiġu kkanċellati l-logħob tal-olimpjadi ttieħdet mill-Prim Ministru Ġappuniż Shinzō Abe flimkien mal-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach f’Marzu li għadda. L-olimpjadi se jiswew lil Ġappun iktar minn €25 biljun u mistennija jibdew fit-23 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla.