Ftit siegħat wara li ħabbru lil Ferran Torres, Manchester City ikkonfermaw l-akkwist ta’ Nathan Ake mingħand Bournemouth. It-tim ta’ Pep Guardiola laħaq ftehim ma’ Bournemouth ftit tal-jiem ilu dawr is-somma ta’ £40 miljun. Id-difensur Olandiż ta’ 25 sena issieħeb maċ-Cherries mingħand Chelsea fl-2017 fejn lagħab 121 partita ma’ Bournemouth.
//= $special ?>