Lokali

Piromagia huma r-rebbieħa tal-Festival Internazzjonali tan-Nar f’Malta

Ir-rebbieħa tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta’ Malta huwa il-Grupp Piromagia.

Dan il-grupp, li b’kollox ġab 645 punt, esebixxa ix-xogħol tiegħu nhar l-Erbgħa 25 ta’ Lulju fl-Imqabba.

Minn naħa l-oħra, fit-tieni post f’dan il-festival klassifikaw il-Kamra tan-Nar Banda Sant Andrija ta’ Ħal Luqa u warajhom fit-tielet post ġew CSP Pirotechnique.

Nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-serata finali ser issir il-preżentazzjoni lill-gruppi rebbieħa.