Lokali

Proċess trasparenti b’regoli ċari

Il-Partit Nazzjonalista għaddej minn proċess ta’ parteċipazzjoni biex isaħħaħ id-demokrazija f’pajjiżna. Dan hekk kif issa jmiss lit-Tesserati tal-Partit Nazzjonalista biex jagħtu d-direzzjoni lejn fejn iridu lill-Partit imur fis-snin li ġejjin.

Dan qalu ċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech, f’kumment lil NET News, l-għada li l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit approva unanimament ir-regoli għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Dawn ir-regoli, li tressqu quddiem l-Eżekuttiv minn Peter Fenech stess, issa jridu jiġu approvati b’mod definittiv mill-membri tal-Kunsill Ġenerali.

Minħabba r-restrizzjonijiet dwar żamma ta’ laqgħat minħabba l-Coronavirus, ġie deċiż li dawn jitressqu għall-kunsiderazzjoni tal-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali permezz tal-posta.