Wara li l-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbru miżuri ta’ restrizzjoni fuq attivitajiet tal-massa, mill-lum il-Gvern impona multa ta’ €3,000 fuq organizzaturi li jiksru dawn ir-restrizzjonijiet.
Dan permezz ta’ Avviż Legali li kien ippubblikat illum waranofsinhar. L-Avviż Legali jelenka l-miżuri li tħabbru t-Tnejn li għadda; distanza ta’ erba’ metri kwadri għal kull persuna u gruppi ta’ mhux iktar minn għaxar persuni u b’distanza ta’ żewġ metri għal kull grupp ta’ għaxar persuni.
Barraminhekk, f’attivitajiet fejn hemm iktar minn 100 persuna, l-organizzatur għandu jagħmel formola ta’ analiżi tar-riskju (risk assessment) mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-avveniment ma jistax isir qabel l-organizzatur ikollu l-approvazzjoni tal-Awtorita’ għat-Turiżmu.
L-Organizzatur jista’ jeħel multa ta’ €3,000 għal kull ksur ta’ dawn ir-regolamenti.
//= $special ?>