Internazzjonali

RITRATTI: Nazzjon sħiħ iqum għarkupptejh

Ritratti u filmati li jistgħu jitqiesu grafiċi għal xi wħud

Tul il-jum tat-Tlieta, splużjoni xeħtet lil Bejrut, il-Belt Kapitali tal-Libanu – f’devastazzjoni sħiħa – b’ritratti jixhdu x-xokk qawwi li kellhom in-nies fil-ħarsa t’għajnejhom.

Persuni li kienu għaddejjin bil-ħajja tagħhom, jumejn qabel mal-Gvern kien ser jintroduċi mill-ġdid lockdown kawża taż-żieda fil-każi ta’ Covid-19, bi traffiku qawwi fil-pajjiż; min bieżel fuq xogħolu u min ħareġ jixtri l-aħħar affarijiet qabel jinqafel id-dar – f’salt wieħed spiċċaw xhieda ta’ xena apokalittika, b’għexieren minnhom sfortunatament spiċċaw b’ħajjithom maħtufa ħabta u sabta.

Dan qed jitqies bħala wieħed mill-agħar żminijiet li qatt għex in-nazzjon Lebaniż; bl-agħar kriżi ekonomika fl-istorja tal-pajjiż u b’żieda qawwija fl-ammont ta’ każi ġodda ta’ Coronavirus.

Dawn huma x-xeni tat-tkexkix li raw quddiem għajnejhom iċ-ċittadini wara li splużjoni fil-Port Lebaniż kinset kompletament iż-żona.

Persuni devastati ftit wara l-isplużjoni
Pumpiera jaħdmu qatigħ qalb it-tiġrif
Raġel flimkien ma’ tarbija f’nofs il-kakofonija ta’ persuni xxokkjati
Karozzi li kienu maqbuda fit-traffiku fil-waqt tal-isplużjoni
Dak li ħalliet warajha l-isplużjoni fil-Port ta’ Bejrut
Raġel evidentament taħt xokk bix-xeni li ra quddiem għajnejh
Dak li fadal mill-Belt Kapitali tal-Libanu
Devastazzjoni sħiħa qrib il-Port ta’ Bejrut
Pumpier b’qalbu maqsuma quddiem it-tiġrif