Lokali

Adrian Delia jesprimi l-interess li jkun kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN

“L-għażla li qed nippreżenta hi waħda u ċara: Mod Ġdid, Nies Ġodda.”

F’post fuq il-media soċjali, il-Kap tal-PN Adrian Delia kiteb li llum infurma lill-Kummissjoni Elettorali tal-PN bl-interess tiegħu li nkun kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN.

“Se nidħol għal din l-elezzjoni b’determinazzjoni u kuraġġ kbir. Għandi fiduċja kbira fit-tesserati.”

“Kont jien stess li ridt li d-deċiżjoni finali tittieħed mit-tesserati f’konvenjoni għat-tesserati li teleġġi l-Kap tal-Partit.”

Adrian Delia qal li issa se jkun f’idejn it-tesserati li jagħżlu d-destin ta’ dan il-partit.