Internazzjonali

BEIRUT: Jibqa’ jikber in-numru tal-vittmi; uffiċjali tal-port taħt arrest

Raġel evidentament taħt xokk bix-xeni li ra quddiem għajnejh

Jumejn wara splużjoni devastanti li kinset port sħiħ, il-belt ta’Beirut għada qed tgħodd aktar vittmi tal-istraġi, bil-mejta issa qabżu l-135 u l-midruba jitilgħu għal aktar minn 5,000, filwaqt li għexieren għadhom nieqsa.

Dawn iċ-ċifri ħabbarhom il-Ministru tas-Saħħa Lebaniż Hamad Hassan hekk kif ħaddiema tas-salvataġġ u dawk mediċi għadhom qed jiggieldu kontra l-ħin biex isalvaw aktar nies mit-tiġrif.

Sadanittant il-Gvern tal-pajjiż ordna li uffiċali tal-port jinzammu taħt arrest fi djarhom. Dan hekk kif qed iżommhom responsabbli tal-istraġi wara li ġie stabbilit li mal-2,750 tunnellata ammonium nitrate li kienu maħżuna fl-istess port kienu l-kawża tal-istraġi ta’ jumejn ilu.

Din il-kimika perikoluża kienet qed tinżamm maħżuna fiż-żona msemmija illeglament għal aktar minn sitt snin.

L-isplużjoni ta’ nhar it-Tlieta ħalliet mat-300,000 persuna bla saqaf fuq rashom u eluf jibku l-qraba tagħhom.

Il-Gvern iddikkjara stat ta’ emerġenza ta’ ġimgħatejn u tlett ijiem ta’ luttu Nazzjonali.