Coronavirus Edukazzjoni Ekonomija Lokali Saħħa

“Biex ikollok ekonomija b’saħħitha, irid ikollok poplu b’saħħtu” – Adrian Delia

“Biex ikollok ekomonija b’saħħitha irid ikollok poplu b’saħħtu”. Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jitkellem waqt il-programm Feedback fuq NET FM.

Dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19, Adrian Delia qal li l-ħidma tal-infermiera hija waħda imprezzabbli kif ukoll id-dixxiplina min-naħa tal-poplu kollu. Saħaq li meta l-pajjiż jinsab għaddej minn kriżi, wieħed irid jifhem il-gravità tas-sitwazzjoni. Dan jasal bit-tagħrif u b’deċiżjonijiet f’waqthom u f’posthom. Għandna Prim Ministru li abdika mir-responsabbiltà tiegħu ta’ Prim Ministru. Pajjiżna għandu bżonn direzzjoni għax ninsabu f’sitwazzjoni fejn għandna żieda konsidrevoli ta’ każi ġodda.

Biex ikollok ekomonija b’saħħitha irid ikollok poplu b’saħħtu, għalhekk kulħadd għandu jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Adrian Delia qal li l-poplu jinsab inkwetat għax ma jafx min qed jieħu ħsieb is-saħħa tal-Maltin. Għananda Prim Ministu li mhux qed ikun preżenti. Il-preokkupazzjoni tal-ġenituri li ma jafux x’se jiġri meta suppost terġa’ tiftaħ l-iskola f’Settembru li ġej. L-istess qed jiġri fl-ekonomija fejn hemm inċertezzi kbar.

Adrian Delia qal li l-Gvern għandu obbligu li jħares is-saħħa tagħna u jagħtina l-informazzjoni kollha. Qegħdin f’sitwazzjoni li biex il-Gvern kellu jisma’ l-unions, dawn kellhom jagħmlu azzjonijiet industrijali. Gvern li qed jabdika mir-reposabbiltajiet tiegħu… il-PN ma jagħmilx hekk.

Il-Kap tal-PN sostna li dwar l-iskandlu tal-Vitals huwa baqa’ jinsisti dwaru kemm fil-Parlament kif ukoll barra. Dan hu skandlu li fih esponenti tal-Gvern ftehemu mal-barranin biex jisirquna. U fid-dawl ta’ dan kollu, kull ġurnata li tgħaddi l-Gvern mhux jieħu pożizzjoni.

Adrian Delia qal li huwa ċar li Vitals ma segwewx l-obbligi li ntrabtu bihom fil-kuntratt li kien sar. Meta dawn intebħu li Adrian Delia kien se jġib l-isptarijiet lura lill-poplu Malti, raw kif għamlu biex jieħdu iktar flus.

Il-Kap tal-PN qal li l-mudell ekonomiku li għażel l-Gvern li jkabbar l-ekonomija billi jkabbar l-popolazzjoni mhux mudell addattat għal pajjiżna… kien mudell tajjeb biss għall-bnazzi. Fil-perjodu tal-COVID il-Partit Nazzjonalista ressaq proposti li jgħinu iktar l-ekonomija Maltija, iżda l-Gvern ma semma ebda settur li nistgħu nimirħu fih. L_inabbilta tal-Gvern li jserrħilna moħħna hija

Adrian Delia qal li l-PN irid ikun iffukati li fl-iqsar żmien possibbli joffri alternattivia għall-Gvern lill-poplu tagħna.

Saħaq li ninsabu f’emerġenza tal-klima fejn il-Gvern għadu ma ħa ebda azzjoni. Apparti dan hemm diversi setturi oħra fejn il-Gvern ukoll ma ħa ebda azzjoni… fosthom l-edukazzjoni u l-isport.

Dwar diversi ħatriet għolja f’pajjiżna, Adrian Delia qal li “b’insistenza min-naħa tal-Oppożizzjoni rnexxielna nimbuttaw sal-aħħar biex finalment illum tajna lil pajjiżna kostituzzjoni iktar b’saħħitha. B’hekk illum wasalna f’sitwazzjoni fejn iċ-ċittadin huwa importanti… għandu leħen b’saħħtu.”