Covid-19: 2 każi pożittivi f’sala f’Mater Dei

Skont informazzjoni li għandu Net News, jidher li 2 pazjenti li kienu qed jingħataw il-kura fil-‘Cardiac Medical Ward’ fl-Isptar Mater Dei ttestjaw pożittiv għall-Covid-19

Numru ta’ ħaddiema u pazjenti ta’ din is-sala tpoġġew kollha taħt kwarantina. Intant, mhux eskluż li s-sala msemmija tingħalaq.

F’dawn l-aħħar jiem, apparti dan il-każ, kien hemm rapporti ta’ każi oħra li ħarġu mill-Isptar Mater Dei.