Ambjent Internazzjonali

Evakwata zona sħiħa ta’ Val Ferret f’Courmayer

Is-Sindku ta’ Courmayer ordna l-evakwazzjoni ta’ numru ta’ binjiet li jinsabu f’Val Ferret minħabba l-possibbilta’ li parti kbira ta’ silġ iċċedi.

Jidher li l-allerta għall-possibilta’ ta’ valanga tas-silġ huwa riżultat tat-temperaturi li għolew f’daqqa. Fortunatament, fiz-zona bħalissa huma ftit it-turisti u allura ikun aktar faċli biex jiġu evakwati dawk li jgħixu fl-inħawi.

Għan-nies evakwati twaqqfu tined apposta fil-parkeġġ ta’ Courmayer, li huma immexxija mis-Salib l-Aħmar.

Normalment fis-Sajf din iz-zona tkun waħda mill-aktar destinazzjonijiet popolari anke mal-Maltin.