Coronavirus Lokali Saħħa

Il-każi pożittivi jkomplu jiżdiedu… 20 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa

Fost il-każi pożittivi kienu rappurtati erbat itfal

Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienu rappurtati 20 każ ġdid ta’ COVID-19.

Fit-22 ġimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna, diġà kienu rrapportati 122 każ.

Mill-20 każ pożittiv li tħabbru llum, 8 huma relatati mal-cluster ta’ Paceville, 6 huma persuni li kellhom kuntatt ma’ persuni li kienu pożittivi filwaqt li 4 huma tfal. Il-bqija tal-każi ma ngħatatx informazzjoni fuqhom.

Tħabbar ukoll li fiequ żewġ persuni.

B’hekk issa n-numru ta’ każi attivi tela’ għal 267 bit-total ta’ każi jitla’ għal 946 . Minn dawn fiequ 670 persuna u sfortunatament tilfu ħajjithom 9 persuni.